23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM)
(Kawża T-635/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 022/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tuum Srl (San Giustino, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Sergi u G. Muscas, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thun u Tuum.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1) hija annullata.
2)
L-oppożizzjoni hija miċħuda.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum Srl, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.
4)
Thun SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016
Full & Egal Universal Law Academy