15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2017 – Alcohol Countermeasure Systems (International) vs EUIPO – Lion Laboratories (ALCOLOCK)
(Kawża T-638/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ALCOLOCK - Trade mark tar-Renju Unit verbali ALCOLOCK - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(a) u (b) u Artikolu 53(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”])
(2017/C 151/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. (Toronto, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Baud u P. Marchiset, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lion Laboratories Ltd (Barry, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 1323/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lion Laboratories u Alcohol Countermeasure Systems (International).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 16, 18.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy