8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2017 – Jema Energy vs Enterprise commune Fusion for Energy
(Kawża T-668/15) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trasparenza - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”))
(2018/C 005/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jema Energy, SA (Lasarte-Oria, Spanja) (rappreżentant: N. Rey Rey, avukat)
Konvenut: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: R. Hanak, G. Poszler u S. Bernal Blanco, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tal-21 ta’ Settembru 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-OPE-278, li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għal-lot Nru 1 li jikkonċerna sistema ta’ konverżjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ netwerk aċċellerat (AGPS-CS).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jema Energy, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 27, 25.1.2016.
Full & Egal Universal Law Academy