27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2017 – Osho Lotus Commune vs EUIPO – Osho International Foundation (OSHO)
(Kawża T-670/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali OSHO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Assenza ta’ kuntrarjetà għall-ordni pubbliku - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001”))
(2017/C 402/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Osho Lotus Commune eV (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ivanov u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Osho International Foundation (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1997/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Osho Lotus Commune u Osho International Foundation.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Osho Lotus Commune eV, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Osho International Foundation għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 27, 25.01.2016.
Full & Egal Universal Law Academy