4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2018 – Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-675/15) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan - Dazju antidumping definittiv - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1429 - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament 2016/1036] - Valur normali - Għażla tal-pajjiż terz xieraq - Aġġustamenti - Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 2(10(k) tar-Regolament 2016/1036] - Kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Aġġustamenti - Artikolu 3(2)(6) u (7) tar-Regolament Nru 1225/2009 [li sar l-Artikolu 3(2)(6) U (7) tar-Regolament 2016/1036] - Preġudizzju - Rabta kawżali”))
(2018/C 190/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd (Taiyuan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, u F. Carlin, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Killick, G. Forwood, barristers, u C. Van Haute, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, p. 10).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy