6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Novartis vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ kurva griża u rappreżentazzjoni ta’ kurva ħadra)
(Kawżi magħquda T-678/15 u T-679/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi li jirrappreżentaw kurva ġriża u li jirrappreżentaw kurva ħadra - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Sempliċità tas-sinjal - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 038/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Zintler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kunz u S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każijiet R 78/2015-5 u R 89/2015-5), dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ żewġ sinjali figurattivi li jirrappreżentaw kurva griża u li jirrappreżentaw kurva ħadra bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każijiet R 78/2015-5 u R 89/2015-5) huma annullati.
2)
Ir-rikorsi ppreżentati minn Novartis AG quddiem l-imsemmija Bord tal-Appell huma milqugħin.
3)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 7.3.2016
Full & Egal Universal Law Academy