6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2017 – Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-682/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Sahra - Xufier fi grad AST 6 - Tneħħija tad-dritt għal allowance fissa ta’ sahra - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji ta’ liġi - Żnaturament tal-fatti”))
(2017/C 374/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Patrick Wanègue (Dilbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Appellat: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles u S. Bachotet, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Settembru 2015, Wanègue vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (F-21/15, EU:F:2015:102), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Patrick Wanègue għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sustnuti mill-Kumitat tar-Reġjuni fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy