25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Freistaat Bayern vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-683/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għas-settur tal-ħalib ta’ Bayern - Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Drittijiet proċedurali tal-Land ta’ Bayern - Artikolu 108(2) TFUE - Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”))
(2019/C 72/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Freistaat Bayern (rappreżentanti: U. Soltész u H. Weiß, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432 tat-18 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (ĠU 2015, L 334, p. 23).
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432 tat-18 ta’ Settembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam għandhom jiġu annullati sa fejn huwa deċiż permezz tagħhom li l-għoti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ta’ għajnuna mill-Istat huwa inkompatibbli mas-suq intern f’dak li jirrigwarda t-testijiet tal-kwalità tal-ħalib imwettqa f’Bayern u tordna l-irkupru ta’ din l-għajnuna.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Freistaat Bayern.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy