11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Sulayr Global Service vs EUIPO – Sulayr Calidad (sulayr GLOBAL SERVICE)
(Kawża T-685/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni sulayr GLOBAL SERVICE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SULAYR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 424/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sulayr Global Service, SL (Valle del Zalabi, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sulayr Calidad, SL (Granada, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Bayo de Gispert u G. Hinarejos Mulliez, sussegwentement G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar Serrano, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 149/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sulayr Calidad u Sulayr Global Service.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 149/2015-1) hija annullata sa fejn hija tilqa’ l-oppożizzjoni mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għas-servizzi fil-klassi 40.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sulayr Global Service, SL, għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
3)
Sulayr Calidad, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Sulayr Global Service għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy