27.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-688/15 P) (1)
((Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 13 - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza, wara li l-Qorti Ġenerali bgħatet lura l-kawża, għaliex parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat - Possibbiltà ta’ promozzjoni))
(2017/C 095/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Appellat: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u B. Schäfer, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12 RENV, EU:F:2015:112), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Peter Schönberger huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy