13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Marcas Costa Brava vs EUIPO – Excellent Brands JMI (Cremcaffé)
(Kawża T-690/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cremcaffé - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea café crem - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 078/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Iżvizzera) (rappreżentant: D. Majer, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2586/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marcas Costa Brava u Excellent Brands JMI.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marcas Costa Brava, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 48, 6.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy