27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA)
(Kawża T-701/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LUBELSKA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Lubeca - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 063/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stock Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lass & Steffen GmbH Wein- und Spirituosen-Import (Lübeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunz Hallstein, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1788/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lass & Steffen Wein- und Spirituosen-Import u Stock Polska.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stock Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 1.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy