23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Groupe Go Sport vs EUIPO – Design Go (GO SPORT)
(Kawża T-703/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GO SPORT - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti GO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Tardività tal-preżentata tan-nota li tesponi l-motivi tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
(2017/C 022/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Go Sport (Sassenage, Franza) (rappreżentanti: G. Arbant u E. Henry-Mayer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Design Go Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2015 (Każ R 569/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Design Go u Groupe Go Sport.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Groupe Go Sport hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 48, 8.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy