6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2016 – Gallardo Blanco vs EUIPO – Expasa Agricultura y Ganadería ((Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H)
(Kawża T-716/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva kkostitwita mir-rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H - Trade marks tal-Unjoni Ewropea u Spanjola figurattivi preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 038/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Gallardo Blanco (Los Barrios, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Expasa Agricultura y Ganadería, SA (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: A. Bosch Döffert, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1502/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Expasa Agricultura y Ganadería u Juan Gallardo Blanco.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Juan Gallardo Blanco huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy