25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns et vs Il-Kummissjoni
(Kawża magħquda T-722/15 sa T-724/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur is-settur tal-ħalib tal-Bavaria - Finanzjament tat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Dritt ta’ assoċjazzjoni mal-proċedura amministrattiva - Artikolu 108(2) TFUE - Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”))
(2019/C 72/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-722/15: Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns eV (Mertingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Bittner u N. Thies, sussegwentement C. Bittner, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-723/15: Genossenschaftsverband Bayern eV (Munchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Bittner u N. Thies, sussegwentement C. Bittner, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-724/15: Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft eV (Munchen) (rappreżentanti: inizjalment C. Bittner u N. Thies, sussegwentement C. Bittner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, K. Herrmann u P. Němečková, aġenti, assistiti minn P. Melcher, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam (ĠU 2015, L 334, p. 23).
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam huma annullati sa fejn fihom hemm deċiż li l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja huwa inkompatibbli mas-suq intern f’dak li jikkonċerna t-testijiet tal-kwalità tal-ħalib imwettqa fil-Bavaria u safejn fihom hemm ordnat li jitwettaq l-irkupru ta’ din l-għajnuna.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti minn Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns eV, minn Genossenschaftsverband Bayern eV u minn Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft eV.
(1) ĠU C 59, 15.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy