25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – Arysta LifeScience Netherlands vs EFSA
(Kawża T-725/15) (1)
((“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Proċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron - Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-esperti tal-EFSA - Pubblikazzjoni parzjali ta’ dawn il-konklużjonijiet - Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 - Talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerti siltiet - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Rifjut li jingħata t-trattament kunfidenzjali - Interess ġuridiku”))
(2019/C 72/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arysta LifeScience Netherlands BV, li kienet Chemtura Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Moro u P. Ondrůšek, sussegwentement P. Ondrůšek u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA tal-10 ta’ Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni ta’ ċerti siltiet tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-EFSA dwar ir-reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron rigward il-metabolit PCA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arysta LifeScience Netherlands BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy