24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament
(Kawża T-726/15) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kuntratt dwar proprjetà immobbli - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt - Bini għad-dar tal-Unjoni Ewropea f’Ljubljana - Ċaħda tal-proposta wara stħarriġ tas-suq lokali - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Nuqqas ta’ eżami tad-dokumenti annessi mal-proposta - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 239/56)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Jožica Blaž Jamnik u Brina Blaž (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: D. Mihevc, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Naglič, P. López-Carceller u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad, wara stħarriġ tas-suq lokali, il-proposta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt dwar proprjetà immobbli INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06, dwar id-dar futura tal-Unjoni Ewropea f’Ljubljana, u tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li allegatament sofrew ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1.
Ir-rikors huwa miċħud.
2.
Jožica Blaž Jamnik u Brina Blaž huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy