6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2017 – Justice and Environment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-727/15) (1)
((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mibdija mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika Ċeka - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ ispezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Preżunzjoni ġenerali - Interess pubbliku superjuri - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Konvenzjoni ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali”))
(2017/C 070/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Association Justice & Environment, z.s. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti L. Pignataro-Nolin, F. Clotuche-Duvieusart u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2015 u tad-deċiżjoni konfermattiva tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2015 li tirrifjuta l-għoti lir-rikorrenti tal-aċċess għal ċerti dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-proċedura ta’ ksur 2008/2186 kontra r-Repubblika Ċeka u li tirrigwarda l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Association Justice & Environment, z.s., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 59, 15.02.2016.
Full & Egal Universal Law Academy