19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA
(Kawża T-729/15) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA u prodott fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali veterinarju Bravecto - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))
(2018/C 104/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja) u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, solicitors, J. Stratford, QC, u C. Thomas, barrister, sussegwentement P. Bogaert, B. Kelly, J. Stratford u C. Thomas)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, A. Spina, S. Marino, A. Rusanov u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA EMA/785809/2015 tal-25 ta’ Novembru 2015 li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali veterinarju Bravecto.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MSD Animal Health Innovation GmbH u Intervet international BV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy