23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART)
(Kawża T-735/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SHOP ART - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti art - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 022/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentanti: L. Sánchez Calderón u J. Villamor Muguerza, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manifatture Daddato SpA (Barletta, l-Italja), (rappreżentant: D. Russo, avukat).
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sabina Laurora (Trani, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Art Company B & S, minn naħa, u Manifatture Daddato u S. Laurora, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1) hija annullata.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy