Kawża T-736/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Aldi vs EUIPO – Sky (SKYLITe) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ‘skylite’ — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ‘SKY’ — Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/1995 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)
C4122017MT2510120171019MT0035251251
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Aldi vs EUIPO – Sky (SKYLITe)
(Kawża T-736/15) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ‘skylite’ — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ‘SKY’ — Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti — Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/1995 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)”2017/C 412/35Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2771/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u Aldi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 90, 07.03.2016.
Full & Egal Universal Law Academy