28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – DD vs FRA
(Kawża T-742/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Sanzjoni dixxiplinari - Ċanfira - Xoljiment tal-kuntratt - Dritt għal smigħ - Dannu morali”))
(2017/C 283/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: DD (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u M. Vandenbussche, sussegwentement L. Levi, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2015, DD vs FRA (F-106/13 u F-25/14, EU:F:2015:118), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
DD għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
3)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy