30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Scorpio Poland vs EUIPO – Eckes Granini Group (YO!)
(Kawża T-745/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva YO! - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti YO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 030/52)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Scorpio Poland, li kienet FH Scorpio (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u E. Śliwińska, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 1546/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eckes-Granini Group u FH Scorpio.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Scorpio Poland hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 59, 15.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy