26.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – EDF vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-747/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mi-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Awtorità ta’ res judicata - Kriterju tal-investitur privat”))
(2018/C 072/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Debroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues u D. Colas u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas u J. Bousin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u għall-anullament tal-Artikoli 1 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali (“NPĠ”), implimentata minn Franza favur EDF (ĠU 2016, L 34, p. 152).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Electricité de France (EDF) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn din tal-aħħar minħabba l-intervent tar-Repubblika Franċiża.
3)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy