6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2017 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’escompte vs BĊE
(Kawża T-749/15) (1)
((Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Banek ċentrali nazzjonali - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Programm ta’ xiri ta’ titoli - Ftehim ta’ skambju ta’ titoli favur il-banek ċentrali tal-Eurosistema biss - Involviment tas-settur privat - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ programm ta’ xiri mill-ġdid intiż sabiex tissaħħaħ il-kwalità tat-titoli bħala garanziji - Kredituri privati - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament))
(2017/C 070/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nausicaa Anadyomène SAS (Pariġi, Franza) u Banque d’escompte (Pariġi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz, G. Varhelyi u F. von Lindeiner, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew wara, b’mod partikolari, l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (ĠU 2012, L 77, p. 19), kif ukoll miżuri oħra tal-BĊE marbuta mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nausicaa Anadyomène SAS u l-Banque d’escompte huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy