Kawża T-752/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV) — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa — Kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
C2002018MT2920120180426MT0036292302
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-752/15) ( 1 )
“(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV) — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa — Kriterji ta’ għoti — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)”2018/C 200/36Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude, A. Kyratsou u S. Lejeune, sussegwentement S. Delaude, A. Kyratsou u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2015 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa Nru DIGIT/R3/PO/2015/0008 intitolata “Servizzi ta’ assistenza u ta’ konsulenza għall-persunal tekniku u tal-informatika IV (STIS IV), taħt il-lott Nru 3, dwar l-“iżvilupp u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet relatati mal-infrastruttura web u l-infrastruttura tas-sistemi ta’ informazzjoni, inklużi l-assistenza u l-inġinerija”, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti sostnew minħabba din id-deċiżjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy