28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – EDF Toruń vs ECHA
(Kawża T-758/15) (1)
((“REACH - Dejn dovut għar-reġistrazzjoni ta’ sustranza - Tnaqqis mogħti lil PME - Żball fid-dikjarazzjoni marbuta mad-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li timponi ħlas amministtrativ - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Kriterji għall-kalkolu tal-ammont tal-ħlas amministrattiv”))
(2017/C 283/54)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: EDF Toruń SA (Toruń, Il-Polonja) (rappreżentant: K. Sienkiewicz, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: J.-P. Trnka, C. Schultheiss u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni SME(2015) 4950 tal-ECHA, tat-3 ta’ Novembru 2015, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tad-dejn previst għall-impriżi ta’ daqs medju u li timponi fuqha ħlas amministrattiv u, min-naħa l-oħra, tal-fattura Nru 10054011 maħruġa mill-ECHA wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni SME(2015) 4950.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EDF Toruń S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy