9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Sony u Sony Electronics vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-762/15) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters - Ksur minħabba l-għan - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ksur uniku u kontinwu - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)
(2019/C 305/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Corporation (Tokjo, il-Ġappun) u Sony Electronics, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, N. Levy u E. Kelly, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Farley, A. Biolan, C. Giolito, F. van Schaik u L. Wildpanner, sussegwentement M. Farley, F. van Schaik, L. Wildpanner u A. Dawes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sony Corporation u Sony Electronics, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy