13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – BelTechExport vs Il-Kunsill
(Kawża T-765/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Sospensjoni tal-miżuri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 382/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BelTechExport ZAO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u E. Koškins, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u J.-P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u L. Havas, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957, tad-29 ta’ Ottubru 2015, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2015, L 284, p. 149), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1948, tad-29 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2015, L 284, p. 62), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BelTechExport ZAO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 68, 22.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy