30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – RP Technik vs EUIPO – Tecnomarmi (RP ROYAL PALLADIUM)
(Kawża T-768/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RP ROYAL PALLADIUM - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea RP - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 369/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: RP Technik GmbH Profilsysteme (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-J. Henrichs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Tecnomarmi Snc Di Gatto Omar & C. (Treviso, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2061/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn RP Technik u Tecnomarmi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RP Technik GmbH Profilsysteme hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy