29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – Hochmann Marketing vs EUIPO – BitTorrent (bittorrent)
(Kawża T-771/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea bittorrent - Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2018/C 032/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hoppe, M. Terhaag u C. Schwarz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Capostagno, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BitTorrent, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Clotten, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Suġġett
Rikors ipprreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2275/2013-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn BitTorrent u Bittorrent Marketing.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy