9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Quanta Storage vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-772/15) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ksur uniku u kontinwu - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)
(2019/C 305/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Quanta Storage, Inc. (Taoyuan City, it-Tajwan) (rappreżentanti: O. Geiss, avukat, B. Hartnett, barrister u W. Sparks, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u F. van Schaik, aġenti, assistit minn C. Thomas, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża għaż-żieda tal-ammont tal-multa ta’ Quanta Storage, Inc. hija miċħuda.
3)
Quanta Storage għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll tmenin fil-mija ta’ dawk tal-Kummissjoni.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy