23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – EK/servicegroup vs EUIPO (FERLI)
(Kawża T-775/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FERLI - Rekwiżit ta’ ċarezza - Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 022/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EK/servicegroup eG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller u T. A. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 1233/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FERLI bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EK/servicegroup eG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 28.2.2016.
Full & Egal Universal Law Academy