28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO (MEISSEN KERAMIK)
(Kawża T-776/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEISSEN KERAMIK - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 441/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meissen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 531/2015-1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MEISSEN KERAMIK bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Meissen Keramik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016
Full & Egal Universal Law Academy