16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/40
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-10/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Rapport tal-Kumitat ta’ Investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jingħatax segwitu għall-ilment”))
(2015/C 381/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-52/11, ĠabraSP, EU:F:2014:243), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy