29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/25
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jananr 2016 – Hispasat vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Korrezzjoni ta’ din id-deċiżjoni wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 111/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hispasat, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u A. Balcells Cartagena, sussegwentement minn J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6846 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 (C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009) mogħtija mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ippreżentata minn SES Astra.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Hispasat, SA.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy