1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/58
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Novartis vs UASI – Mabxience (HERTIXAN)
(Kawża T-41/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 038/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mabxience SA (Montevideo, l-Urugwaj)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2014 (Kawża R 2550/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Mabxience SA.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy