21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Otturbu 2015 – Laboratorios Ern vs UASI –Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
(Kawża T-60/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Limitazzjoni tas-servizzi li għalihom saret applikazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 429/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dermogen Farma, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2414/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern, SA u Dermogen Farma, SA.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy