16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-66/15) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Rikors għal nuqqas li titieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 381/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: E. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, li l-Kunsill illegalment astjena milli jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li isem ir-rikorrent jitniżżel fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy