14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ grilja tar-radjatur fil-parti ta’ quddiem ta’ karozza)
(Kawża T-73/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 419/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aston Martin Lagonda Ltd (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1796/2014-2), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Aston Martin Lagonda Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 118, 13.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy