18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – InAccess Networks Integrated Systems vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-82/15) (1)
((“Is-Seba’ Programm- Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Konvenzjoni ta’ Sussidju għall-proġett ATRACO - Noti ta’ debitu u deċiżjonijiet li jinsabu f’xi ittri - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Natura kuntrattwali tat-tilwima - Inammissibbiltà parzjali”))
(2016/C 136/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: InAccess Networks Integrated Systems – Applications Services for Telecommunication and Related Equipment Commercial and Industrial Co. SA (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler u G. Pandey, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-11 ta’ Diċembru 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni tikkonferma r-rifjut tagħha ta’ finanzjament ta’ spejjeż invokati mir-rikorrenti, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu Nru 3241211514 tat-23 ta’ Ottubru 2012 u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Diċembru 2012 li titlob lir-rikorrenti tħallas lura l-fondi riċevuti u tħallas kumpens b’rata fissa ta’ EUR 12 814,10.
Dispożittiv
1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet imressqa kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Ottubru 2012 u n-nota ta’ debitu tat-23 ta’ Ottubru 2012.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
3)
InAccess Networks Integrated Systems – Applications Services for Telecommunication and Related Equipment Commercial and Industrial Co. SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 155, 11.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy