14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Aston Martin Lagonda vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ gradilja mqiegħda fil-parti ta’ quddiem ta’ vettura bil-mutur)
(Kawża T-87/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 419/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aston Martin Lagonda Ltd (Gaydon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1797/2014-2), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Aston Martin Lagonda Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 138, 27.04.2015.
Full & Egal Universal Law Academy