2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Flabeg Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-103/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 295/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Flabeg Deutschland GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Küper u E.–M. Schwind, sussegwentement J. Stein u A. Kersten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Maxian Rusche u R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u K. Herrmann, bħala aġenti, assistiti minn H. Wollmann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122,).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Flabeg Deutschland GmbH.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy