5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/9
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Opko Ireland Global Holdings vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-106/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata mill-UASI - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 328/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalemm, l-Iżrael) (rappreżentant: G. Farrington, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2387/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Opko Ireland Global Holdings Ltd.
Dispożittiv
1)
Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 228, 13.07.2015.
Full & Egal Universal Law Academy