2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Bundesverband Glasindustrie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-108/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 295/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Glasindustrie (Düsseldorf, il-Ġermanja) u l-ħdax ir-rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness mad-digriet (rappreżentanti: U. Soltész u C. von Köckritz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. Maxian Rusche u R. Sauer, sussegwentement minn T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn H. Wollmann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Ma għadx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ ArcelorMittal Hochfeld GmbH, li assumiet id-drittijiet ta’ ArcelorMittal Ruhrort GmbH, u ta’ P-D Glasseiden GmbH Oschatz.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Bundesverband Glasindustrie kif ukoll tar-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.
4)
ArcelorMittal Hochfeld, li assumiet id-drittijiet ta’ ArcelorMittal Ruhrort, u P-D Glasseiden Oschatz għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talbiet ta’ intervent.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy