2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Saint-Gobain Isover G+H et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/15) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Annullament tal-att ikkontestat mill-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 295/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saint-Gobain Isover G+H AG (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja), Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Stolberg, il-Ġermanja), Verallia Deutschland AG, li kienet Saint-Gobain Oberland AG (Bad Wurzach, il-Ġermanja) u Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Herzogenrath, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u H. Janssen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer, sussegwentement T. Maxian Rusche u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122).
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk ta’ Saint-Gobain Isover G+H AG, ta’ Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH, ta’ Verallia Deutschland AG, li kienet Saint-Gobain Oberland AG, u ta’ Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy