1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/58
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-118/15) (1)
((“Rikors għal annullament - FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà”))
(2016/C 038/78)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 369, p. 71), sa fejn hija teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tas-Slovenja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Franċiża u l-Ungerija.
3)
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Franċiża u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015.
Full & Egal Universal Law Academy