14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Proforec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - Focaccia di Recco col formaggio - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))
(2016/C 098/57)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Proforec Srl (Recco, l-Italja) (rappreżentanti: G. Durazzo, M. Mencoboni u G. Pescatore, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u J. Guillem Carrau, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/39, tat-13 ta’ Jannar 2015, li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Focaccia di Recco col formaggio (IĠP)] (ĠU L 8, p. 7).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Taljana u tal-Consorzio della Focaccia di Recco col formaggio.
3)
Proforec Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.
4)
Proforec, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana u l-Consorzio della Focaccia di Recco col formaggio għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 138, 27.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy