6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/21
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill
(Kawża T-155/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ ta’ tranżitu fuq it-territorju tal-Unjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 221/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri imposti fuq ir-rikorrent skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 20, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 20, p. 85).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy