18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2015 – Compagnia Trasporti Pubblici et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-187/15) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Impriża li tagħmel użu min-netwerks tal-konnessjonijiet permezz tal-karozza tal-linja fir-Reġjun tal-Campania - Kumpens għall-obbligi tas-servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani wara sentenza tal-Consiglio di Stato - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-miżura hija inkompatibbli mas-suq intern - Rikors ippreżentat mill-impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni analoga għal dik tal-benefiċjarju tal-għajnuna”)))
(2016/C 016/47)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Compagnia Trasporti Pubblici SpA (Napoli, l-Italja); Atap – Azienda Trasporti Automobilistici Pubblici delle Province di Biella e Vercelli SpA (Biella, l-Italja); Actv SpA (Venezja, l-Italja); Ferrovie Appulo Lucane Srl (Bari, l-Italja); Asstra – Associazione Trasporti (Ruma, L-Italja); u Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV) (Ruma) (rappreżentant: M. Malena, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, G. Conte u P.J. Loewenthal, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1074, tad-19 ta’ Jannar 2015, dwar l-għajnuna mill-istat SA.35842 (2014/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Italja – Kumpens addizzjonali rigward obbligi ta’ servizz pubbliku favur CSTP (ĠU L 179, p. 112).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud għaliex manifestament inammissibbli.
2)
Compagnia Trasporti Pubblici SpA, Atap – Azienda Trasporti Automobilistici Pubblici delle Province di Biella e Vercelli SpA, Actv SpA, Ferrovie Appulo Lucane Srl, Asstra Associazione Trasporti, u Associazione Nazionale Autotrasporto Viaggiatori (ANAV), għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy